F'dawn il-ġranet kemxejn surreali, ħafna qed isibu ftit serħan fil-qari. Dan Qrajtu? hija sensiela ta' intervisti fejn kull ġimgħa awtur jaqsam x'qed jaqra bħalissa u x'jista' jinqara waqt li nkunu maqfulin ġewwa.
X'qed taqra bħalissa u ddeskrivi dan il-ktieb/kotba? Wara li spiċċajt naqra l-ktieb Ħadd ma jista’ Jisgħol jew Jagħtas fil-Pubbliku ta’ Trevor Zahra, qed naqra ktieb għal kollox differenti: Il-Lunzjata ta’ Għawdex ta’ Monsinjur Karm Borg. Hu ktieb li jippreżentalna l-famuż wied f’Għawdex, taħt ir-riħ tar-Rabat u qabel ma tidħol Ta’ Kerċem, u l-kappella li hemm fil-wied imsemmi. Borg jidħol fil-kult tal-Lunzjata f’Għawdex kif ukoll jagħti tagħrif dwar il-bini tal-kappella, ir-retturi tagħha u l-opri ta’ arti li fiha minkejja ċ-ċokon tagħha. Liema ktieb (jew kotba) tirrakkomanda li n-nies jaqraw waqt dan il-perjodu ta' kwarantina u għala? F’dan iż-żmien ta’ pandemija fejn forsi kultant naslu biex naqtgħu qalbna minħabba anki ironikament l-użu popolaristiku tas-social media b’kummenti li ma jitwemmnux, xtaqt nipproponi sensiela ta’ 3 kotba Maltese Modern Art Series: History and Theory dwar l-iżvilupp tal-arti moderna f’Malta miktuba minn Giuseppe Schembri Bonaci. Fost l-oħrajn l-awtur jeżamina xogħlijiet Josef Kalleya, Anthony Catania, Willie Apap u Caesar Attard u jpoġġi kollox f’kuntest usa’. Nemmen li qatt daqs dan iż-żmien m’għandna bżonn l-arti f’ħajjitna u dawn it-3 kotba joffru vjaġġ, jien ngħid innovattiv, fil-qalba tal-Moderniżmu Malti. Fil-fehma tiegħi dawn il-kotba għandu jkunu għand kull min iħobb l-arti u l-melitensia. Il-kotba huma ppubblikati minn Horizons. Sergio Grech huwa l-awtur ta' bijografija dwar il-patri Feliċjan Bilocca u kiteb in-novella "Il-Lejl tal-Irgulija" filwaqt li ħa ħsieb sensiela ta' kotba dwar personaġġi fundamentali fl-istorja ta' Malta, fosthom Dom Mintoff u Eddie Fenech Adami. Grech ipproduċa mijiet ta ’programmi kulturali fuq Radju Malta, Ir-Radju tal-Università u Campus FM. Huwa kien l-ewwel Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
0 Comments
F'dawn il-ġranet kemxejn surreali, ħafna qed isibu ftit serħan fil-qari. Dan Qrajtu? hija sensiela ta' intervisti fejn kull ġimgħa awtur jaqsam x'qed jaqra bħalissa u x'jista' jinqara waqt li nkunu maqfulin ġewwa. X'qed taqra bħalissa u ddeskrivi dan il-ktieb/kotba? Ktieb li bħalissa qed naqra huwa Kissirtu Kullimkien ta’ Lara Calleja. B’saħħtu intens u personali u affaċċja l-problema tal-iżvilupp sfrenat madwarna. Calleja tikteb b’mod qawwi ħafna, kif ngħidu bil-Malti sbukkat. Hija tingħaqad ukoll mal-vuċi dominanti ħafna fiċ-ċrieki letterarji kontra l-isfreġju ambjentali. Dan ovvjament huwa punt pożittiv ħafna għax l-awtriċi, f’dan il-każ qed tinqeda bil-qawwa tal-pinna tagħha kontra “l-ħakma” tal-iżviluppaturi. Irrid nammetti li bħala stil imbagħad mhux l-aktar li jolqtotni personalment. Imma żgur li dan il-ktieb qed jogħġobni ħafna aktar mill-ewwel wieħed ta’ din l-awtriċi. Liema ktieb (jew kotba) tirrakkomanda li n-nies jaqraw waqt dan il-perjodu ta' kwarantina u għala? Li kieku jkolli nissuġġerixxi ktieb li wieħed jaqra f’dan il-mument żgur li mmur għall-aktar ktieb għal qalbi. U dan huwa The Kite Runner li meta tiġini l-okkażjoni dejjem ninkoraġġih. Qabel xejn dan ukoll għandu sfont politiku li huwa l-Afghanistan qabel l-invażjoni Sovjetika sa żmien it-Taliban. Tispikka fil-ktieb id-diskriminazzjoni tal-Hazaras mill-Pashtuns. Imma fuq livell uman imbagħad naraw il-kuraġġ ta’ persuna kontra dak kollu li kien mistenni. Jismu hekk għaliex Hassan it-tifel tal-familja Hazara sefturi tal-karattru prinċipali kien tajjar it-tajra għal Amir, imma ovvjament kien Amir li ħa l-unur. Pero’ Amir ma kienx ġwejjed daqs kemm fl-ewwel parti sew tal-istorja. Lejn l-aħħar, speċjalment joħorġu bosta sorpriżi. Minħabba f’hekk dan il-ktieb naħseb għandu jogħġob lil dak li jkun, anke jekk mhux midħla tal-istorja politika. Jekk nista’ flok ktieb nissuġġerixxi s-Sensiela Bejn Storja u Miti ta’ Sergio Grech. Il-kotba kollha f’din is-sensiela kollha jaqbdu ma’ personaġġ u numru ta’ persuni jagħtu l-esperjenza tagħhom dwaru. Din is-sensiela mhux biss tagħti valur lil-librerija tagħna u ssebbaħha imma żżid ukoll mal-għarfien ta’ pilastri fl-istorja Maltija. B’dawn il-varjeta’ ta’ karattri, Sergio, ħabib tiegħi, ġa laqat aspetti differenti minn dak li jsawwarna bħala Maltin. Fl-ewwel ktieb, per eżempju, dwar il-Perit Mintoff, jitfa’ dawl fuq l-istorja politika mill-gwerra sa wara l-ħelsien, fit-tieni ktieb jispikka l-qalb tad-deheb ta’ dan il-poplu rappreżentata minn Mons Victor Grech. Imbagħad għanda wkoll il-kriżi waqt il-formazzjoni tal-idenita’ ta’ dan il-poplu, jekk nista’ nsejħilha hekk, fit-tielet ktieb ta’ Herbert Ganado li min-naħa tiegħu kien bniedem ta’ prinċipji sodi u ma baxxiex rasu anzi emmen bi sħiħ f’pajjiżna bħala nazzjon. Fr Hilary Tagliaferro jirrapreżenta kemm il-qasam sportiv kif ukoll dak reliġjuż. Għandna lil Mabel Strickland waħda mill-ewwel nisa fil-qasam politiku li tirrapreżenta wkoll perjodu interessanti mill-istorja ta’ pajjiżna. Dr Eddie Fenech Adami huwa eks President, statistika u l-persuna li wassal biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropeja. Omar Seguna jaħdem bħala Uffiċjal Edukattiv fid-Direttorat tal-Litteriżmu diġitali fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol. Minbarra “Xehir fis-Skiet” (li ħareġ fl-2019) huwa wkoll awtur tal-ktieb “Mal-Ħoss Qawwi tar-Ragħad”(2001), ġabra ta’ poeżiji b’daħla ta’ Ġuże’ Chetcuti u “24, Triq Ħad-Dwieli” (2011), ġabra ta’ poeżiji b’daħla ta’ Mario Azzopardi akkumpanjata minn ktieb interattiv fil-format ta’ CD. Bosta kitbiet tiegħu dehru wkoll f’bosta gazzetti u ġurnali oħra, kif ukoll f’xi antoloġiji varji. Fost ir-rikonoxximenti li ngħata Seguna nsibu l-ewwel premju, kategorija Poeżiji bit-Taljan, Konkors Nazzjonali tal-Poeżija organizzat mill-Għaqda Poeti Maltin fl-2008 u fl- 2009 kif ukoll Citta’ di Pontinia (2008). Huwa wkoll membru ta’ diversi għaqdiet letterarji fosthom l-Akkademja tal-Malti, l-Għaqda tal-Malti (Universita’) u għal numru ta’ snin serva bħala Viċi President tal-Għaqda Poeti Maltin. Seguna huwa wkoll l-Editur Letterarju tal-ġurnal it-Torċa. Miżżewweġ lil Mary Grace u huwa missier ta’ tliet itfal. These are strange times where a lot of people have more time on their hands then they normally would. Some are finding solace in books and reading. Through Have You Read This? (Dan Qrajtu?) we're looking to find new, interesting titles by checking in with local authors to see what they're reading and which books they recommend. This week, we've spoken to Ramona Depares. What are you reading right now and can you describe these books? These are strange days indeed, and I’ve found myself being comforted by re-reading old favourites. Maybe it’s because their familiarity make me feel like I’m going back to an old friend. A few months ago I went to one of the book sales and, luckily before all this started I managed to get quite a nice stash of classics. At the moment I have just finished re-reading David Mitchell’s The Bone Clocks, which is very ironically appropriate for the climate we are living in. Although Mitchell is perhaps better known for Cloud Atlas, I found The Bone Clocks to be a much more human and relatable tale. We have a runaway teenager, some fantastical super powers, love, lust, an apocalyptic scenario and climate change. Mitchell is a master at conjuring human emotions on a very deep level and, somehow, despite the improbability of the tale, it actually reflects the current zeitgeist. Another reason I enjoyed it is because it is a chunk of a novel, typical Mitchell style. A great book keeps you engrossed, suspends your disbelief and propels you right into this new world that the author built for us. And when I’m enjoying it this much, naturally I don’t want to leave this world. Which means that the thicker the book, the better. The downside is that I end up totally taken up by this other world, and then I tend to find it difficult to move on to a new book right after I’ve been so immersed in something else. Reading multiple books at a time is not for me, in fact, unless I’m doing it for professional reasons. I want to give my undivided attention to whatever is happening on the pages in front of me. Still, I have now moved on to a Penguin collection of Roald Dahl short stories for adults, all of which I got from this same book sale. The collection is dark, sometimes funny, and revolves around the sins of human nature. So, we have Lust, Madness, Cruelty, War, Innocence, Fear, Deception etc I believe that all the stories have been extrapolated from other Dahl collections, and grouped according to theme, which makes for a very interesting reading experience. The most amazing thing about them is that even though you’re essentially reading multiple stories focused on the same element, Dahl somehow manages to surprise me with an unexpected twist every time. I guess this is why he is so celebrated, he really manages to dig deep into human nature with every story, exploring facets that maybe some of us may prefer not to spend too much time thinking of. Which book or books do you recomment to people during quarantine and why? The answer to this question depends entirely on their personality. Many are currently undergoing periods of anxiety and stress, and might not necessarily appreciate the topics that, say, David Mitchell deals with. And Dahl might actually be too dark for some. My advice is to find a theme that they are fond of and that they know will give them an escape from reality for a couple of hours. Whether that is a love story or a post-apocalyptic tale is totally up to them – that is the beauty of books, you can choose your preferred escape route. Ramona Depares is a writer and an award-winning journalist. She held the role of Features Editor and Head of News at The Times of Malta for a number of years and was also the editor of the monthly English language magazine Sunday Circle. She now runs her own website, www.ramonadepares.com, focusing on culture in Malta. Last year she published her first book, a collection of free-verse poetry in Malta titled Beltin: Stejjer Minn Nies Minsija. The photo at the top of the article is by Alan Carville and was given the pop-art treatment by Alexia Coppini. F'dawn il-ġranet kemxejn surreali, ħafna qed isibu ftit serħan fil-qari. Dan Qrajtu? hija sensiela ta' intervisti fejn kull ġimgħa awtur jaqsam x'qed jaqra bħalissa u x'jista' jinqara waqt li nkunu maqfulin ġewwa. X'qed taqra bħalissa u ddeskrivi dan il-ktieb/kotba? Katrina Mayer tgħid hekk: “A book is a magical thing that lets you travel to far-away places without ever leaving your chair.” Dan iż-żmien huwa essenzjali għal kull min għandu l-privileġġ li jaf jaqra, jitfa’ ħsibijietu ftit ‘il bogħod mis-sitwazzjoni li ninsabu fiha u nsiefru permezz ta’ narrazzjoni interessanti. Dawn huma l-kotba li qed naqra bħalissa: Bil-Malti: Bħalissa qiegħda naqra O.B.E. tal-kittieba Rita Saliba pubblikazzjoni ta’ Klabb Kotba Maltin, rumanz frisk kemm fit-tematika tal-letteratura lokali u kemm fl-istil. Jitratta l-istorja ta’ Diana Costa li kienet ġurnalista u ngħatat l-inkarigu li tikteb artiklu dwar l-esperjenza barra mill-ġisem. Il-kitba ta’ Rita Saliba żżomlok l-istamina li tissokkta taqra għax verament tikteb b’passjoni u sengħa u għandha d-don kif tqiegħed il-kliem b’mod mexxej daqskemm konċiż, li ġġiegħel lill-qarrej jissokta jiskopri ġmiel il-qari. Bl-Ingliż: Jiena nħobb ħafna naqra traduzzjonijiet. Wieħed mir-rumanzi Maltin li erġajt qrajt xahrejn ilu, kien dak ta’ Charles Casha: L-Appartament fir-Raba’ Sular. Fl-2018, ħareġ traduzzjoni ta’ dan ir-rumanz “Papers in a Tin Box” , li ġie maqlub mill-Malti minn Joan Mallia. Pubblikazzjoni ta’ Midsea Books. Qed nieħu pjaċir ħafna li qed naqrah bl-Ingliż għax il-qarrej iħoss atmosfera differenti: lingwa ġġagħlek tara l-istess ħaġa minn perspettiva differenti għax aħna naħsbu bl-lingwa u naħsbu minn angoli oħra f’lingwa diversa. Lucas Leiva jsostni: ‘Good translations are one of the vital necessities of our time’ u tabilħaqq naqbel miegħu għax it-traduzzjonijiet jgħaqqduna flimkien bħala dinja waħda filwaqt li jiċċelebraw l-umanita’ għax il-qarrej jista’ jassimila u jħoss dak li jħoss kittieb, hu minn liema pajjiż hu u jiftaħlu orrizont ġdid ta’ esperjenzi li forsi ftit għexniehom u hawn tidħol il-maġija li għandu l-qari fuqna. Poeżiji: Inħobb ikolli f’idejja ktieb ta’ versi u frekwentament ikolli wkoll ktieb ta’ Kritika Letterarja għax hija għalqa li togħġobni u napprezzaha ferm. Bħalissa qed naqra XIBKATULISS li huma poeżiji ta’ Daniel Massa li jinkludi studju ta’ Andrew Sciberras u Kritika Arketipika ta’ Tarċisju Zarb. Il-Poeżija ‘Delimara’ kienet waħda minn dawk il-poeżiji li studjajt fuq il-bank tal-iskola li b’xi mod ħalliet impressjoni fuqi, hemm poeżiji fil-kullana Maltija li ma ninsewhomx żgur u ma jgħaddi qatt iż-żmien minn fuqhom, din il-ġabra mhux biss iddewwaq aktar versi tajbin ta’ dan il-poeta, imma talli wkoll fiha dawn l-istudji verament tajbin li jarrikkixxu ġmiel il-Letteratura Maltija. Liema ktieb (jew kotba) tirrakkomanda li n-nies jaqraw waqt dan il-perjodu ta' kwarantina u għala? Nissuġġerixxi dawn il-kotba li forsi minħabba li huma ftit ħoxnin fil-kobor, fi żmenijiet ta’ rutina ma jkolliex ċans naqrawhom u napprezzawhom biżżejjed, għax vera fihom teżor: Bil-Malti: ‘L-Iljieli Għarbin’ li hu maqlub għall-Malti minn Edmund Teuma, hu mitqlu deheb fil-letteratura Maltija għax mogħni b’bagalja għerf. Pubblikazzjoni tal-BDL, 2015. Huma ġabra ta’ ħrejjef medjevali mil-Lvant Nofsani li huma folkloristiċi li fihom issaltan il-maġija tal-Persja, l-Arabja u l-Indja. Il-ktieb ideali bħalissa biex issiefer fl-immaġinazzjoni u l-maġija mill-kenn ta’ darek! Bl-Ingliż: Min fejn niġu? Minn aħna verament? X’inhu l-għan li aħna ninsabu hawnhekk? Dawn huma l-mistoqsijiet li jħufu fil-ġmiel tal-ktieb li l-awtur tiegħu huwa Jostein Gaarder. Il-ktieb tiegħu ‘Sophie’s World’, fil-fehma tiegħi m’għandux ikun biss ktieb indirizzat għal dawk li tinteressahom l-Istorja tal-Filosofija, imma għandu jkun ktieb li jistieden lil kull min għandu interess fl-eżistenza umana. Il-kittieb naħseb wera l-potenzjalità eċċezzjonali tiegħu fil-kitba billi tratta suġġett ta’ ħsieb kbir u rnexxilu jinżel għal-livell li jifhmu kulħadd. Nissuġerih ħafna għax iġagħlek taħseb u tirrifletti fuq il-ħajja b’mod matur u minn perspettiva li forsi qatt ma ħarist lejha qabel. Amanda Busuttil tgħallem fi skola Primarja u għandha ħafna għal qalbha l-Malti u l-Letteratura. Ħadmet għal diversi snin fl-Għaqda tal-Malti Universita’ u ttellgħa programm fuq ir-radju tal-komunità biex tippromwovi letteratura lokali. Bħalissa qed tistudja l-Letteratura Maltija fl-Universita’ ta’ Malta. Kittieba ta’ diversi artikli, intervisti lill-awturi Maltin, stejjer u poeżiji u dawn dehru f’gazzetti Maltin, antoloġiji u websajts. Ippubblikat l-ewwel damma ta’ poeżiji tagħha: ‘Potpurì’. Kienet ukoll editriċi tal-ktieb ‘Oliver Friggieri L-istudji Poetiċi’ (1989-2019) ma’ Dr Andrew Sciberras. Dan Qrajtu? hija sensiela ta' intervisti fejn kull ġimgħa awtur jaqsam x'qed jaqra bħalissa u x'jista' jinqara waqt li nkunu maqfulin ġewwa. Din il-ġimgħa, Mark Camilleri qasam il-lista (twila!) tiegħu. X'qed taqra bħalissa u iddeskrivi dan il-ktieb / kotba? Nibda bil-premessa li nħobb naqra kotba differenti b’lingwi differenti fl-istess ħin. Tant hu hekk li bħalissa għaddej bi tlieta fl-istess nifs. Huwa żmien fejn il-ħafna ħin għalija nnifsi jippermettili nagħmel hekk u l-fatt li għandi Kindle wkoll jagħmilha eħfef. Bil-Malti: Papa Aħmed ta’ Joe Pace – Fil-futur qarib ikun wasal iż-żmien għal elezzjoni ta’ Papa ġdid u balleċ għall-ewwel darba fl-istorja tal-Vatikan il-Papa jkun Malti, Kardinal Massimo Calleja, li jieħu l-isem ta’ Papa Aħmed. Ftit tas-snin wara jkun qiegħed fi żjara uffiċjali Ġerusalemm meta jibdew jseħħu ġrajjiet strambi. Bl-Ingliż: When You Reach Me ta’ Rebecca Stead – Miranda hija xbejba ta’ ħmistax-il sena fi New York tal-1979 li tgħix m’ommha u s-sieħeb tagħha. Wara li hi u l-akbar ħabib tagħha Sal ma jibqgħux jitkellmu wara inċident vjolenti, Miranda tibda tirċievi noti strambi u jkollha tinbidel f’ditektiv biex issolvi dan il-misteru. Bit-Taljan: L’Ultima Estate di Berlino ta’ Federico Buffa u Paolo Frusca – F’Berlin tal-1936 ikunu ħa jiġu mnedija l-Olimpjadi, opportunità unika għal Hitler u Goebbels sabiex jiftaħru bir-reġim Nażista f’għajnejn id-dinja. L-organizzazzjoni tal-Olimpjadi tkun f’idejn suldat bl-isem ta’ Wolfgang Früstner. Iżda ftit qabel jingħata bidu għal akbar avevniment sportiv tas-sena, jsir magħruf li Früstner għandu għeruq Lhud. Għalih kollox jinqaleb ta’ taħt fuq. Liema ktieb (jew kotba) tirrakkomanda li n-nies jaqraw waqt dan il-perjodu ta' kwarantina u għala. Ħa nagħti diversi suġġerimenti li nqis perfetti għal dan il-perjodu ta’ kwarantina għax insibha iebsa nsemmi biss isem wieħed. U kemm ilha li feġġet il-COVID-19 iltqajt ma’ 2 tipi ta’ qarrejja: dawk li ma jridux jaqraw kotba li jfakkruhom b’xi mod f’dawn iż-żminijiet ; inkella dawk li ma tagħmlilhomx wisq differenza. Għaldaqstant ħa ngħaddi żewġ suġġerimenti maħsuba għal kull waħda miż-żewġ kategoriji. Kategorija A: Normal People ta’ Sally Rooney – wieħed mill-isbaħ kotba li qrajt is-sena l-oħra u Rooney hija kittieba li tikteb dwarna lkoll u dwar dak li ngħaddu minnu aħna f’relazzjonijiet. A Ladder to the Sky ta’ John Boyne – ktieb li saħħarni mill-bidu sal-aħħar. Boyne jikteb dwar kittieb li għall-ambizzjoni li għandu sabiex isir awtur magħruf lest jagħmel kollox. Kollox. Kategorija B: The Road ta’ Cormac McCarthy – il-ktieb favorit tiegħi ta’ dejjem. Qrajtu tliet darbiet u kull darba nħossni nħobbu aktar mid-darba ta’ qabel. Huwa essenzjalment rumanz dwar l-imħabba bejn missier u iben f’Amerka post-nuklejari. Station Eleven ta’ Emily St. John Mandel – it-tieni l-aktar ktieb favorit tiegħi u għalkemm huwa distopiku bħal The Road, jiffoka fuq aktar narrattivi ta’ persunaġġi u artisti f’dinja li m’għadhiex li kienet. Mark Camilleri huwa Assistent Kap ta' Skola u awtur magħruf l-iktar għar-rumanzi polizjeski ta’ l-Ispettur Gallo; Prima Facie, Volens u Nex. Bħalissa qed jaħdem fuq ir-rumanz li jmiss f’din is-sensiela. Huwa kiteb ukoll stejjer għat-tfal, inkluż il-ktieb ‘Mill-istorja tal-futbol Malti’. Naturalment, inħeġġukom biex taqrawhom ukoll. |