Marcus Reid
  • AĦBARIJIET
  • DWAR
  • Poeżiji
  • Stejjer
  • ARKIVJU
  • Kuntatt
  • AĦBARIJIET
  • DWAR
  • Poeżiji
  • Stejjer
  • ARKIVJU
  • Kuntatt

Dan Qrajtu? ma' Omar Seguna

5/16/2020

0 Comments

 
Picture
F'dawn il-ġranet kemxejn surreali, ħafna qed isibu ftit serħan fil-qari. Dan Qrajtu? hija sensiela ta' intervisti fejn kull ġimgħa awtur jaqsam x'qed jaqra bħalissa u x'jista' jinqara waqt li nkunu maqfulin ġewwa.

X'qed taqra bħalissa u ddeskrivi dan il-ktieb/kotba?
Ktieb li bħalissa qed naqra huwa Kissirtu Kullimkien ta’ Lara Calleja.   B’saħħtu intens u personali u affaċċja l-problema tal-iżvilupp sfrenat madwarna.    Calleja tikteb b’mod qawwi ħafna, kif ngħidu bil-Malti sbukkat.  Hija tingħaqad ukoll mal-vuċi dominanti ħafna fiċ-ċrieki letterarji kontra l-isfreġju ambjentali.   Dan ovvjament huwa punt pożittiv ħafna għax l-awtriċi, f’dan il-każ qed tinqeda bil-qawwa tal-pinna tagħha kontra “l-ħakma” tal-iżviluppaturi.   Irrid nammetti li bħala stil imbagħad mhux l-aktar li jolqtotni personalment.  Imma żgur li dan il-ktieb qed jogħġobni ħafna aktar mill-ewwel wieħed ta’ din l-awtriċi. 
​
Liema ktieb (jew kotba) tirrakkomanda li n-nies jaqraw waqt dan il-perjodu ta' kwarantina u għala?
Li kieku jkolli nissuġġerixxi ktieb li wieħed jaqra f’dan il-mument żgur li mmur għall-aktar ktieb għal qalbi.  U dan huwa The Kite Runner li meta tiġini l-okkażjoni dejjem ninkoraġġih.  Qabel xejn dan ukoll għandu sfont politiku li huwa l-Afghanistan qabel l-invażjoni Sovjetika sa żmien it-Taliban.  Tispikka fil-ktieb id-diskriminazzjoni tal-Hazaras mill-Pashtuns.  Imma fuq livell uman imbagħad naraw il-kuraġġ ta’ persuna kontra dak kollu li kien mistenni.  Jismu hekk għaliex Hassan it-tifel tal-familja Hazara sefturi tal-karattru prinċipali kien tajjar it-tajra għal Amir, imma ovvjament kien Amir li ħa l-unur.  Pero’  Amir ma kienx ġwejjed daqs kemm fl-ewwel parti sew tal-istorja.  Lejn l-aħħar, speċjalment joħorġu bosta sorpriżi. Minħabba f’hekk dan il-ktieb naħseb għandu jogħġob lil dak li jkun, anke jekk mhux midħla tal-istorja politika.  

Jekk nista’ flok ktieb nissuġġerixxi s-Sensiela Bejn Storja u Miti ta’ Sergio Grech.  Il-kotba kollha f’din is-sensiela kollha jaqbdu ma’ personaġġ u numru ta’ persuni jagħtu l-esperjenza tagħhom dwaru.  Din is-sensiela mhux biss tagħti valur lil-librerija tagħna u ssebbaħha imma żżid ukoll mal-għarfien ta’ pilastri fl-istorja Maltija.  B’dawn il-varjeta’ ta’ karattri, Sergio, ħabib tiegħi, ġa laqat aspetti differenti minn dak li jsawwarna bħala Maltin.  Fl-ewwel ktieb, per eżempju, dwar il-Perit Mintoff, jitfa’ dawl fuq l-istorja politika mill-gwerra sa wara l-ħelsien, fit-tieni ktieb jispikka l-qalb tad-deheb ta’ dan il-poplu rappreżentata minn Mons Victor Grech.  Imbagħad għanda wkoll il-kriżi waqt il-formazzjoni tal-idenita’ ta’ dan il-poplu, jekk nista’ nsejħilha hekk, fit-tielet ktieb ta’ Herbert Ganado li min-naħa tiegħu kien bniedem ta’ prinċipji sodi u ma baxxiex rasu anzi emmen bi sħiħ f’pajjiżna bħala nazzjon.   Fr Hilary Tagliaferro jirrapreżenta kemm il-qasam sportiv kif ukoll dak reliġjuż.  Għandna lil Mabel Strickland waħda mill-ewwel nisa fil-qasam politiku li tirrapreżenta wkoll perjodu interessanti mill-istorja ta’ pajjiżna.   Dr Eddie Fenech Adami huwa eks President, statistika u l-persuna li wassal biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropeja. 

Omar Seguna jaħdem bħala Uffiċjal Edukattiv fid-Direttorat tal-Litteriżmu diġitali fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.  Minbarra “Xehir fis-Skiet” (li ħareġ fl-2019) huwa wkoll awtur tal-ktieb “Mal-Ħoss Qawwi tar-Ragħad”(2001), ġabra ta’ poeżiji b’daħla ta’ Ġuże’ Chetcuti u “24, Triq Ħad-Dwieli” (2011), ġabra ta’ poeżiji  b’daħla ta’ Mario Azzopardi akkumpanjata minn ktieb interattiv fil-format ta’ CD.  Bosta kitbiet tiegħu dehru wkoll f’bosta gazzetti u ġurnali oħra, kif ukoll f’xi antoloġiji varji.

Fost ir-rikonoxximenti li ngħata Seguna nsibu l-ewwel premju, kategorija Poeżiji bit-Taljan, Konkors Nazzjonali tal-Poeżija organizzat mill-Għaqda Poeti Maltin fl-2008 u fl- 2009 kif ukoll  Citta’ di Pontinia (2008).  Huwa wkoll membru ta’ diversi għaqdiet letterarji fosthom l-Akkademja tal-Malti, l-Għaqda tal-Malti (Universita’) u għal numru ta’ snin serva bħala Viċi President tal-Għaqda Poeti Maltin.  Seguna huwa wkoll l-Editur Letterarju tal-ġurnal it-Torċa.  Miżżewweġ lil Mary Grace u huwa missier ta’ tliet itfal. 

0 Comments



Leave a Reply.

Powered by Create your own unique website with customizable templates.