Marcus Reid
  • AĦBARIJIET
  • DWAR
  • Poeżiji
  • Stejjer
  • ARKIVJU
  • Kuntatt
  • AĦBARIJIET
  • DWAR
  • Poeżiji
  • Stejjer
  • ARKIVJU
  • Kuntatt

Dwar

X’Inhi Paġna Mmarkata?
Hija rivista b’kitba oriġinali bil-Malti.  Hija wkoll marka (bookmark) li tista’ tħalli fi ktieb biex tiftakar fejn wasalt.

Għal rivista fiżikament daqshekk żgħira, għandna ambizjonijiet kbar.  L-ewwelnett rridu naraw iktar nies jaqraw, b’mod partikolari bil-Malti.  Is-sabiħ ta’ Paġna Mmarkata huwa li l-artikli huma qosra – tipikament daqs post fuq Facebook – li naħsbu li se jiġbdu iktar nies.  Mhux kullħadd għandu l-ħin li jaqra ktieb imma ċertament li kullħadd għandu ċans jaqra mitejn kelma.  It-tama tagħna hija li la darba jibdew ma’ jkunux jistgħu jieqfu.

Dan iwassalna għal oħra mix-xewqat tagħna li hija dik li Paġna Mmarkata tkun faċilment milħuqa.  Biex nagħmlu hekk barra min postijiet frekwentati min dawk li mdorrija jaqraw (bħal libreriji) aħna se nagħmlu l-għalmu tagħna biex tkun ukoll f’postijiet oħra.

Minbarra qarreja ġodda, nittamaw li Paġna Mmarkata tmun mezz biex awturi jingħataw l-ewwel opportunita’.  Aħna konxji ta’ kemm hu diffiċli li tkun ppublikat speċjalment f’suq zgħir bhal dak Malti u allura xtaqna noffru opportunita’ oħra.  Min irid jissottometti poezija, proża jew kwalunkwe kitba ohra bil-Malti jista’ jagħmel kuntatt magħna fuq [email protected].

Aħna nemmnu wkoll li l-awturi għandhom jitħalsu tax-xogħol tagħhom u għalhekk wara kull ħarġa se nippublikaw il-qliegħ li nagħmlu mir-riklami u naqsmuhom b’mod indaqs bejn l-awturi.  Min naħa tagħna, Paġna Mmarkata se titqies bhala awtur u għalhekk nieħdu sehem mid-dħul.

Kemm Tiswa?
Paġna Mmarkata titqassam b’xejn.

Id-dħul tar-rivista jiġi primarjament mill-bejgħ ta’ riklami biex jidru fil-publikazzjoni.  

Min Aħna?
Paġna Mmarkata bdiet bħala Dog-Ear, ideja maħsuba min Pete Lewis waqt żjara f’Berlin xi snin ilu.  Huwa waqaf f’Motto Distribution, ħanut li jispecjalizza f’rivisti min madwar id-dinja kollha, u hemm sab rivisti li kellhom forom partikolari inkluz waħda li kienet twila u rqiqa.  Dan ispirah biex jaħseb x’setgħa jagħmel hu fuq skala simili u min hemm nibtet l-ideja ta’ rivista stampata fuq A4 iżda mitwija f’forma ta’ werrej.

Fl-2017 Paul Grech sema’ bl-idea u baqa’ mpressjonat mhux biss bil-kunċett imma bil-ħsieb li din kienet xi ħaga li huwa setgha jirreplika.  Għalhekk ikkuntatja n-nies wara Dog-Ear biex jibda konversazzjoni dwar il-possibilta li joħrog b’xi ħaga simili bil-Malti u min hemm nibtet Paġna Mmarkata.
Powered by Create your own unique website with customizable templates.