Poeżija għal nofs il-ġimgħa, grazzi għal Jacob Adams* Dwejjaq
Skiet u dlam, bla ebda raġġ ta' dawl dan huwa x'inħoss, f'mumenti bħal daw' Dwejjaq kbir, dwejjaq biss Ilha s-snin tiġri wisq ta' spiss Inħossni waħdi, nifga fil-ħsieb li madwari ma għandi ebda ħbieb Nagħmel x' nagħmel, qatt biżżejjed xorta nispiċċa nħossni mejjet Imwieled Għawdex, djamant fil-Mediterran bid-djalett tagħna wisq kburi u ferħan Imma b'diqa li tkissirli qalbi ikolli nammetti li jekk m'intix parti mill-klikka, ara kif ser tfendi Imma kif tifilħu tkunu daqshekk klieb! F'wiċċ ħutkom Għawdxi stess issabtu l-bieb Kerha wisq li tħossok barrani qalb niesek Taħt stilla misħuta twelidt, biex daqshekk imbierek L-unika tama li kelli tul din żgħożogħti moħxija hi li naħrab lejn Malta, forsi ħajti nerġa' nibdieha Imma wara snin naqla fwiedi, nipprova nibni ħbiberiji xorta għadni hawn, mnikket, nibki fuq dawn il-ħmeriji U għalxejn tgħiduli tagħmilhiex ta' sur bħala raġel, Allaħares nidher miksur Il-ħajja wisq kiefra, għaddewli ħsibijiet b'xorti t'Alla ma ngħaqadtx ma' dawk il-mijiet Illum ninstab imbikkem u taħt muntanja nħossni murdum imma tinkwetawx, għada jerġa' jisbaħ u nerġa' nqum għad forsi nħossni ħaj u mhux minsi, iġri jasal il-jum * l-awtur xtaq jibqa' anonimu. Dan huwa isem fittizju. |
Poeżiji għal Nofs il-ĠimgħaPoeżija ġdida kull nhar t'Erbgħa. Ikkuntattjana jekk trid taqsam il-poeżiji tiegħek magħna. Kategoriji
All
|