Meta kont żgħira, kienu jgħiduli li hawn kienu jgħixu eluf ta’ nies. Li mis-sema kien jinżel ilma, li mill-art kienu jinbet l-ikel, li l-ħajja kienet fid-dawl u mhux fid-dlam.
Illum naf li dawn l-istejjer mhux vera. Ma jistgħax ikun li n-nies kellhom daqshekk ġid u m’għamlu xejn meta raw li qed jispiċċa kollox. Jien liż-żgħar ngħidilhom li l-bniedem min dejjem taħt l-art kien jgħix. Hemm fejn jista’ jieħu ħsieb il-bebbux, wirdien u insetti oħra li aħna nieklu u bihom ngħixu. Huwa f’dan il-fond li jista’ jaħrab is-sħana li tnixxef kollox. Darba, meta kont zgħira, stennejt li x-xemx qerrieda tkun raqdet u ħriġt infittex prova tal-istejjer li kienu jgħiduli; ħlomt li nkun fortunata u nara xi siġra jew fjura. Dakinnhar tgħallimt li dawn l-istejjer ma kienu xejn għajr gidba. Barra ma sibt xejn ħlief ilma bla ħajja, ġebel u trab. Ħafna aħjar hawn taħt, fejn hawn il-ħajja u ninsabu ‘l bogħod mill-periklu u l-fantasiji ta’ dawk li rabbewni. Paul Grech
0 Comments
Leave a Reply. |
Stejjer QosraStejjer qosra ta' inqas min mitejn kelma. Ikkuntattjana jekk trid taqsam l-istejjer tiegħek magħna. Kategoriji |